[Main Menu] | [TOP]

FEB/MAR 2010issue 24

The Hon. Mario de Marco, Parliamentary Secretary for Tourism and the Hon. Chris Said, Parliamentary Secretary for Public Dialogue and Information announcing the Fund at St Nicholas Square, Siġġiewi2010 © DOI Pierre Sammut

€2 million available for local councils to improve their tourism product

The Hon. Mario de Marco, Parliamentary Secretary for Tourism and the Hon. Chris Said, Parliamentary Secretary for Public Dialogue and Information, announce details of a Call for Projects specifically for Local Councils for product development initiatives within village cores which will be part-funded by the European Regional Development Fund.

More information is available at: http://ppcd.gov.mt


SEJĦA TA’ €2 MILJUNI F’KO-FINANZJAMENT GĦALL-PROĠETTI MINN KUNSILLI LOKALI GĦAL TITJIB FIL-PRODOTT TURISTIKU LOKALI

Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija tinfetaħ sejħa għal proġetti għall-Kunsilli Lokali, b’total ta’ 2 miljun ewro mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) taħt dak li hu msejjaħ Priority Axis 2: Promoting Sustainable Tourism. Dan ħabbruh is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said f’konferenza tal-aħbarijiet fil-pjazza prinċipali tas-Siġġiewi.

Dr de Marco spjega li sabiex il-proġetti jkunu eliġibbli, ma jridux ikunu biss infrastrutturali, imma jrid ikollhom elementi oħra, fosthom ta’ marketing u kif ukoll dak li jgħaqqdu attrazzjonijiet turistiċi oħrajn fl-istess lokalità. Dan qed isir bħala parti mill-miżuri li qed jieħu l-Gvern biex jiżviluppa turiżmu sostenibbli u sabiex jilħaq il-miri tal-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu, fosthom il-ħtieġa tad-diversifikazzjoni tal-prodott, u d-distribuzzjoni aħjar tal-effett tat-turiżmu bejn il-lokalitajiet

Hu spjega li l-għan tas-sejħa huwa dak li nkomplu ntejbu l-lokalitajiet sabiex joffru prodott turistiku aħjar u kif ukoll li nippromwovu l-karatteristiċi awtentiċi u uniċi li għandna fil-lokalitajiet tagħna; fejn dawn il-proġetti jridu jservu, fost l-oħrajn, bħala attrazzjoni kemm għall-Maltin u kif ukoll għall-barranin; biex jipprovdu l-opportunità lill-komunitajiet sabiex jippromwovu l-identità partikolari tal-ibliet u l-irħula tagħhom; biex inkomplu nżidu n-numru ta’ attrazzjonijiet li huma disponibbli għat-turisti; biex noħolqu l-possibbiltà fejn ikun hemm iktar interazzjoni bejn it-turisti u l-Maltin u kif ukoll biex noħolqu aktar possibbiltajiet għall-intrapriżi żgħar u medji (inklużi dawk start-ups) fl-istess lokalitajiet fil-kuntest li nkomplu noffru dejjem aktar prodott u servizz awtentiku.

Huwa temm billi appella lill-Kunsilli Lokali sabiex jieħdu din l-opportunità bis-serjetà sabiex jagħmlu użu minn dawn il-fondi Ewropej u jkunu l-mutur sabiex inkomplu nirriġeneraw il-lokalitajiet u jiggwadanjaw huma u l-komunitajiet tagħhom mill-benefiċċji li ġġib magħha l-industrija turistika.

Dr Said qal li permezz ta’ dawn il-fondi, il-Gvern se jkun qed jassisti lill-Kunsilli Lokali sabiex jaqdu r-rwol tagħhom fil-ħolqien ta’ għarfien aħjar tal-identità tal-lokalità kif ukoll tal-karatteristiċi awtentiċi ta' dik il-lokalità.

Hu sostna li b’dan il-fond il-Gvern qed jafferma r-rwol importanti tal-Kunsilli Lokali fit-tisħiħ tal-pajjiż. Biex ikollna lokalitajiet sostenibbli, il-Kunsilli Lokali ma jistgħux jiffokaw fuq il-bżonnijiet tar-residenti biss imma jridu jħarsu b’lenti iktar wiesa’ – bħall-elementi turistiċi – li fl-aħħar mill-aħħar jkunu qed jgħinu għal kwalità ta’ ħajja aħjar għar-residenti nfushom.

Dr Said qal li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali flimkien mal-MEUSAC ser jorganizzaw seminar apposta fejn tingħata l-informazzjoni kollha lill-Kunsilli Lokali dwar din l-opportunità, fejn se jkun spjegat fost l-oħrajn li l-proġetti magħżulin igawdu awtomatikament mill-fond ta' ko-finanzjament għal 80% tal-parti li ma tkunx finanzjata mill-fondi tal-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li l-Kunsilli Lokali se jkunu qed joħorġu spiża żgħira ħafna mill-fondi tagħhom għall-proġett.

Huwa temm jgħid li flimkien mal-possibilità ta’ fondi għal din is-sejħa, il-Kunsilli Lokali għandhom 24 skema ta’ għajnuniet għal din is-sena, fejn kollha qed jitniedu fil-bidu tas-sena biex il-Kunsilli jkollhom l-opportunità li jaħsbu bil-quddiem għall-proġetti tagħhom.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq http://ppcd.gov.mt

This issue is available at: 0912.


[Main Menu] | [TOP]